5. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tat-termini kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-mudelli kummerċjali differenti tal-entitajiet imsemmija fih.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.