2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun ġiet applikata għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar u meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra li l-klejms tagħhom ikunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti f'ekwità ma jġarrbux telf akbar milli kieku kienu jġarrbu li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni kienet ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64.