4. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64 u l-metodoloġija għall-istima tal-kostijiet ta' sostituzzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.