+Artikolu 56 Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament
---+Artikolu 56 1
---+Artikolu 56 2
---+Artikolu 56 3
---+Artikolu 56 4
|
Artikolu 56 Valwazzjoni tad-differenza fit-trattament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1
|
1. Għall-fini tal-valutazzjoni ta' jekk l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra kinux jirċievu trattament aħjar li kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna indipendenti twettaq valwazzjoni mill-aktar fis possibbli wara t-twettiq tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 56 2
|
2. Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddetermina:
|
(a)
|
it-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra jew l-iskemi rilevanti ta' garanzija tal-assigurazzjoni kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64;
|
|
(b)
|
it-trattament effettiv li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra rċevew, fir-riżoluzzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).
|
|
|
Artikolu 56 3
|
3. Il-valutazzjoni għandha:
|
(a)
|
tassumi li l-impriża taħt riżoluzzjoni, li fir-rigward tagħha tkun seħħet l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64;
|
|
(b)
|
tassumi li l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni ma ġewx effettwati;
|
|
(c)
|
tqis stima kummerċjalment raġonevoli tal-kostijiet ta' sostituzzjoni, inkluż it-tariffi tas-senserija u tal-għeluq, ta' poloz diġà mixtrija għal koorti xierqa ta' detenturi ta' poloz fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64;
|
|
(d)
|
tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju lill-impriża taħt riżoluzzjoni.
|
|
|
Artikolu 56 4
|
4. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-trattament li l-azzjonisti, id-detenturi ta' poloz, il-benefiċjarji, il-pretendenti, u kredituri oħra kienu jirċievu kieku l-impriża taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti ta' insolvenza fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64 u l-metodoloġija għall-istima tal-kostijiet ta' sostituzzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|