+Artikolu 60 Protezzjoni għal arranġamenti ta' garanzija
---+Artikolu 60 1
---+Artikolu 60 2

Artikolu 60 Protezzjoni għal arranġamenti ta' garanzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal obbligazzjonijiet iggarantiti b'arranġament ta' garanzija sabiex jipprevjenu wieħed, waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferiment ta' assi li jiggarantixxu l-obbligazzjoni, sakemm dak il-obbligazzjoni u l-benefiċċju tal-garanzija ma jiġux ittrasferiti wkoll;

(b)

it-trasferiment ta' obbligazzjoni garantita, sakemm il-benefiċċju tat-titolu ma jiġix ittrasferit ukoll;

(c)

it-trasferiment tal-benefiċċju tal-garanzija, sakemm ma tiġix ittrasferita wkoll l-obbligazzjoni garantita;

(d)

il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament ta' garanzija permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, meta l-effett ta' dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

Artikolu 60 2

2.   Minkejja l-paragrafu 1, fejn meħtieġ sabiex id-detenturi ta' poloz jiġu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-poloz tal-assigurazzjoni li jiġu ttrasferiti jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti fir-rigward tal-livelli minimi obbligatorji ta' kopertura skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu dawk il-portafolli ta' kuntratti li huma parti mill-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma jittrasferixxu assi, drittijiet u obbligazzjonijiet oħra li huma parti mill-istess arranġamenti, u jistgħu jittrasferixxu, jimmodifikaw jew jitterminaw dawk l-assi, id-drittijiet u obbligazzjonijiet oħra mingħajr ma jittrasferixxu l-portafolli ta' kuntratti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.