Artikolu 57
Salvagwardja għall-azzjonisti, għad-detenturi ta' poloz, għall-benefiċjarji, għall-pretendenti, u għal kredituri oħra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 56 tiddetermina li kwalunkwe azzjonist, detentur ta' polza, benefiċjarju, pretendent, u jew kreditur ieħor imsemmi fl-Artikolu 55 jew, fejn rilevanti, l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, ikun ġarrab telf akbar milli kieku kien iġarrab fi stralċ skont proċedimenti normali ta' insolvenza, huwa jkollu d-dritt għal pagament tad-differenza.