+Artikolu 63 Rekwiżiti ta' notifika
---+Artikolu 63 1
---+Artikolu 63 2
---+Artikolu 63 3
|
Artikolu 63 Rekwiżiti ta' notifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' entità kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li tinnotifika lill-awtorità superviżorja meta dawk il-korpi jqisu li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), qed tfalli jew x'aktarx ser tfalli, skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 19(4).
|
|
Artikolu 63 2
|
2. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinformaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati dwar:
|
(a)
|
kwalunkwe notifika riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 136, l-Artikolu 138(1) u l-Artikolu 139(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(b)
|
kwalunkwe azzjoni li l-awtorità superviżorja tirrikjedi li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tieħu skont l-eżerċizzju tas-setgħat li jkollha skont l-Artikolu 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, u skont l-Artikolu 136a, l-Artikolu 137, l-Artikolu 138(3) u (5), l-Artikolu 139(3), u l-Artikoli 140, 141 u 144 tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(c)
|
kwalunkwe estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu wkoll lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni b'kopja tal-pjan ta' rkupru li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' din id-Direttiva tkun ippreżentat, skont l-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, kopja tal-iskema li l-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' din id-Direttiva tkun ippreżentat skont l-Artikolu 139(2) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-opinjoni tal-awtoritajiet superviżorji dwar dawk id-dokumenti, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 63 3
|
3. Awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni li tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), ikunu ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk ikunu differenti:
|
(a)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni għal dik l-entità;
|
|
(b)
|
l-awtorità superviżorja għal dik l-entità;
|
|
(c)
|
l-awtorità superviżorja ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti;
|
|
(d)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti;
|
|
(e)
|
l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni li magħha dik l-entita’ tkun affiljata, fejn applikabbli u neċessarju sabiex tippermetti li jitwettqu l-funzjonijiet tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni;
|
|
(f)
|
fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;
|
|
(g)
|
il-ministeru kompetenti;
|
|
(h)
|
fejn applikabbli, is-superviżur tal-grupp;
|
|
(i)
|
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura;
|
|
(j)
|
meta l-entità tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|