+Artikolu 63 3

Artikolu 63 3

3.   Awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni li tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), ikunu ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għandha tikkomunika dik id-determinazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet li ġejjin, jekk ikunu differenti:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni għal dik l-entità;

(b)

l-awtorità superviżorja għal dik l-entità;

(c)

l-awtorità superviżorja ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti;

(d)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru meta dik l-entità twettaq attivitajiet transfruntiera sinifikanti;

(e)

l-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni li magħha dik l-entita’ tkun affiljata, fejn applikabbli u neċessarju sabiex tippermetti li jitwettqu l-funzjonijiet tal-iskema ta' garanzija tal-assigurazzjoni;

(f)

fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(g)

il-ministeru kompetenti;

(h)

fejn applikabbli, is-superviżur tal-grupp;

(i)

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura;

(j)

meta l-entità tkun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.