+Artikolu 66 4

Artikolu 66 4

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu:

(a)

lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (i), milli jikkondividu informazzjoni bejniethom f'kull korp jew entità;

(b)

lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet superviżorji, inkluż l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, ma' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta' verifiki statutorji tal-kontijiet, mal-EIOPA, jew, soġġetti għall-Artikolu 80, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk imwettqin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, jew, soġġetti għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' akkwirent potenzjali għall-fini ta' ppjanar jew ta' twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(c)

l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru sal-punt li tali skambju jkun permess mil-liġi nazzjonali; fejn dik l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi skambjata biss bil-kunsens espliċitu tal-awtorità li minnha toriġina l-informazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.