+Artikolu 66 Kunfidenzjalità
---+Artikolu 66 1
---+Artikolu 66 2
---+Artikolu 66 3
---+Artikolu 66 4
---+Artikolu 66 5
---+Artikolu 66 6
---+Artikolu 66 7
|
Artikolu 66 Kunfidenzjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tas-segretezza professjonali jkunu vinkolanti fir-rigward tal-persuni, tal-awtoritajiet u tal-korpi li ġejjin u li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali ma tiġi żvelata minn xi wieħed jew waħda minnhom:
|
(a)
|
l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
l-awtoritajiet superviżorji u l-EIOPA;
|
|
(c)
|
il-ministeri kompetenti;
|
|
(d)
|
il-maniġers speċjali maħturin f'konformità mal-Artikolu 44 ta' din id-Direttiva;
|
|
(e)
|
l-akkwirenti potenzjali li ġew ikkuntattjati mill-awtoritajiet superviżorji jew solleċitati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-użu tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f'akkwist;
|
|
(f)
|
l-awdituri, il-kontabilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet superviżorji, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmijin fil-punt (e);
|
|
(g)
|
korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni;
|
|
(h)
|
il-korp inkarigat mill-arranġamenti ta' finanzjament;
|
|
(i)
|
banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;
|
|
(j)
|
impriża tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet;
|
|
(k)
|
kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmijin fil-punti (a) sa (j);
|
|
(l)
|
il-maniġment superjuri, membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju, u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (j) qabel, matul jew wara l-ħatra tagħhom.
|
|
(m)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
|
Artikolu 66 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu pprojbiti milli jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali riċevuta matul l-attivitajiet professjonali tagħhom, jew riċevuta mingħand awtorità superviżorja jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'rabta mal-funzjonijiet ta' dik l-awtorità, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-iżvelar isir fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-iżvelar isir f'forma fil-qosor jew kollettiva b'tali mod li l-entitajiet individwali msemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ma jkunux jistgħu jiġu identifikati;
|
|
(c)
|
l-iżvelar isir bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li pprovdiet l-informazzjoni.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 jivvalutaw l-effetti possibbli tal-iżvelar tal-informazzjoni fuq l-interess pubbliku b'rabta mal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq il-finijiet tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq l-awditi.
Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-effetti msemmijin fit-tieni subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe żvelar tal-kontenuti u tad-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 9, 10 u 12 u tar-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 13.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għal responsabbiltà ċivili fil-każ ta' ksur ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 66 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (g), (i) u (j), tal-paragrafu 1 ikollhom fis-seħħ regoli interni sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, inkluż regoli sabiex jiżguraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn il-persuni involuti direttament fil-proċess ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 66 4
|
4. Il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu:
|
(a)
|
lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (i), milli jikkondividu informazzjoni bejniethom f'kull korp jew entità;
|
|
(b)
|
lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet superviżorji, inkluż l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, ma' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta' verifiki statutorji tal-kontijiet, mal-EIOPA, jew, soġġetti għall-Artikolu 80, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk imwettqin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, jew, soġġetti għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' akkwirent potenzjali għall-fini ta' ppjanar jew ta' twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru sal-punt li tali skambju jkun permess mil-liġi nazzjonali; fejn dik l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi skambjata biss bil-kunsens espliċitu tal-awtorità li minnha toriġina l-informazzjoni.
|
|
|
Artikolu 66 5
|
5. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni ma' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
soġġett għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, ma' kwalunkwe persuna oħra fejn meħtieġ għall-fini ta' ppjanar jew ta' twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
ma' kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom u entitajiet oħrajn inkarigati minn inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, taħt kondizzjonijiet xierqa;
|
|
(c)
|
mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza ta' sistemi ta' pagament, l-awtoritajiet responsabbli għal proċedimenti ta' insolvenza normali, mal-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku ta' superviżjoni ta' entitajiet tas-settur finanzjarju oħrajn, mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, mal-istituzzjonijiet ta' kreditu u mad-ditti ta' investiment u mal-ispetturi li jaġixxu f'isimhom, mal-awtoritajiet ta' Stat Membru responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makro-prudenzjali, mal-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u mal-persuni inkarigati li jwettqu awditi statutorji.
|
|
|
Artikolu 66 6
|
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar l-iżvelar ta' informazzjoni għall-fini ta' proċedimenti legali f'kawżi kriminali jew ċivili.
|
|
Artikolu 66 7
|
7. L-EIOPA għandha, sad-29 ta’ Jannar 2027, toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni fil-format fil-qosor jew kollettiv għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|