1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fir-rigward ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li fir-rigward tagħha jkunu ġew iddeterminati li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3), dawk il-proċedimenti normali ta' insolvenza ma għandhomx jinbdew ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta' riżoluzzjoni u li deċiżjoni li tqiegħed entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), fi proċedimenti normali ta' insolvenza għandha tittieħed biss bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.