+Artikolu 68 Restrizzjonijiet fuq proċedimenti oħrajn
---+Artikolu 68 1
---+Artikolu 68 2
---+Artikolu 68 3

Artikolu 68 Restrizzjonijiet fuq proċedimenti oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fir-rigward ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li fir-rigward tagħha jkunu ġew iddeterminati li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3), dawk il-proċedimenti normali ta' insolvenza ma għandhomx jinbdew ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta' riżoluzzjoni u li deċiżjoni li tqiegħed entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), fi proċedimenti normali ta' insolvenza għandha tittieħed biss bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 68 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), irrispettivament minn jekk dik l-impriża jew l-entità tkunx taħt riżoluzzjoni jew jekk tkunx saret pubblika deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 65(3) u (4);

(b)

l-applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza ma tiġix iddeterminata sakemm ma jkunux saru n-notifiki msemmijin fil-punt (a) u sseħħ waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun innotifikat lill-awtoritajiet responsabbli għal proċedimenti normali ta' insolvenza li hija ma għandhiex l-intenzjoni li tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e);

(ii)

ikun skada l-perjodu ta' sebat ijiem li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmijin fil-punt (a).

Artikolu 68 3

3.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' interessi ta' garanzija imposti skont l-Artikolu 50, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun neċessarju għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv ta’ setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lil qorti tapplika sospensjoni għal perjodu xieraq f'konformità mal-objettiv fil-mira, fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment ġudizzjarju li għalih tkun parti jew issir parti impriża taħt riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.