3. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' interessi ta' garanzija imposti skont l-Artikolu 50, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk ikun neċessarju għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju effettiv ta’ setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lil qorti tapplika sospensjoni għal perjodu xieraq f'konformità mal-objettiv fil-mira, fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment ġudizzjarju li għalih tkun parti jew issir parti impriża taħt riżoluzzjoni.