+Artikolu 69 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta' deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed
---+Artikolu 69 (a)
---+Artikolu 69 (b)
---+Artikolu 69 (c)
---+Artikolu 69 (d)
---+Artikolu 69 (e)
---+Artikolu 69 (f)
---+Artikolu 69 (g)
---+Artikolu 69 (h)

Artikolu 69 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta' deċiżjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jieħdu deċiżjonijiet jew jieħdu azzjoni skont din id-Direttiva li jista' jkollha impatt fuq Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet tagħhom josservaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 (a)

meta jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, it-teħid ta' deċiżjonijiet ikun effiċjenti u l-kostijiet ta' riżoluzzjoni jinżammu baxxi kemm jista' jkun;

Artikolu 69 (b)

id-deċiżjonijiet jittieħdu u l-azzjoni tittieħed fil-ħin u, fejn ikun meħtieġ, bl-urġenza dovuta;

Artikolu 69 (c)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b'mod ikkoordinat u effiċjenti;

Artikolu 69 (d)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f'kull Stat Membru jkunu definiti b'mod ċar;

Artikolu 69 (e)

tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-interessi, lill-impatt potenzjali ta' kwalunkwe deċiżjoni, azzjoni jew inazzjoni u lill-effetti negattivi fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fuq l-arranġamenti ta' finanzjament u lill-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi fl-Istati Membri kollha fejn joperaw l-impriża omm apikali u l-impriżi sussidjarji tagħha jew fejn huma jwettqu attivitajiet transfruntiera sinifikanti;

Artikolu 69 (f)

tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-objettivi li jiġu bbilanċjati l-interessi tad-diversi Stati Membri involuti u li jiġi evitat preġudizzju inġust jew li jiġu protetti b'mod inġust l-interessi ta' Stati Membri partikolari;

Artikolu 69 (g)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, iqisu u jsegwu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, sakemm l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jqisux, meta jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li ma jkunux previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

Artikolu 69 (h)

deċiżjoni jew azzjoni proposta tkun trasparenti kull meta dik id-deċiżjoni jew azzjoni x'aktarx li jkollha implikazzjonijiet fuq id-detenturi ta' poloz, fuq l-ekonomija reali, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, u, fejn rilevanti, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni u fuq arranġamenti ta' finanzjament ta' kwalunkwe Stat Membru kkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.