1. Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz ikollha impriżi sussidjarji fl-Unjoni stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew ikollha żewġ fergħat jew aktar fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk l-impriżi sussidjarji fl-Unjoni jkunu stabbiliti jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz jistgħu jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.