+Artikolu 74 4

Artikolu 74 4

4.   Awtorità ta' riżoluzzjoni li ma taqbilx mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, titbiegħed minn din jew li tqis li, għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri indipendenti minbarra dawk proposti fl-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e) għandha:

(a)

tagħti fid-dettall ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew ir-raġunijiet għat-tbegħid mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp;

(b)

tinnotifika lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp bir-raġunijiet imsemmijin fil-punt (a);

(c)

tinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li biħsiebha tieħu.

Meta tistabbilixxi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata għandha tqis b'mod dovut il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet jew tal-miżuri ta' riżoluzzjoni indipendenti li ser tieħu fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni u fuq kwalunkwe arranġament ta' finanzjament fl-Istati Membri kkonċernati, u l-effett potenzjali tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħra fuq partijiet oħrajn tal-grupp.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.