+Artikolu 74 Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża omm apikali
---+Artikolu 74 1
---+Artikolu 74 2
---+Artikolu 74 3
---+Artikolu 74 4
---+Artikolu 74 5
---+Artikolu 74 6
---+Artikolu 74 7
---+Artikolu 74 8
---+Artikolu 74 9
|
Artikolu 74 Riżoluzzjoni ta' grupp li tinvolvi impriża omm apikali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 74 1
|
1. Awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li tiddeċiedi li impriża omm apikali li għaliha hija responsabbli tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) lis-superviżur tal-grupp u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni mingħajr dewmien.
L-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri ta' insolvenza msemmijin fl-Artikolu 73(2), il-punt (c), jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta' skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp imfassla f'konformità mal-Artikolu 73(7) fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri fil-livell tal-kumpanija omm innotifikati f'konformità mal-Artikolu 73(2), il-punt (c), jagħmluha probabbli li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3) jiġu ssodisfati b’rabta mal-entità fi grupp fi Stat Membru ieħor;
|
|
(b)
|
l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-kumpanija omm biss ma jkunux biżżejjed sabiex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni jew ma jkunx probabbli li jipprovdu l-aħjar eżitu possibbli;
|
|
(c)
|
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu ddeterminaw li waħda jew aktar mill-impriżi sussidjarji li għalihom ikunu responsabbli jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 19(1) jew fl-Artikolu 20(3);
|
|
(d)
|
l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħrajn fil-livell tal-grupp ser ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi sussidjarji tal-grupp b'mod li skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp titqies xierqa.
|
|
|
Artikolu 74 2
|
2. Meta l-azzjonijiet jew il-miżuri proposti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jinkludux skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 74 3
|
3. Meta l-azzjonijiet jew il-miżuri proposti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikun fihom skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandha tieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-impriżi sussidjarji li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
L-EIOPA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta f'konformità mal-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 74 4
|
4. Awtorità ta' riżoluzzjoni li ma taqbilx mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, titbiegħed minn din jew li tqis li, għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri indipendenti minbarra dawk proposti fl-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e) għandha:
|
(a)
|
tagħti fid-dettall ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil jew ir-raġunijiet għat-tbegħid mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp;
|
|
(b)
|
tinnotifika lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp bir-raġunijiet imsemmijin fil-punt (a);
|
|
(c)
|
tinforma lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn li huma koperti mill-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp dwar l-azzjonijiet jew il-miżuri li biħsiebha tieħu.
|
Meta tistabbilixxi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha, l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata għandha tqis b'mod dovut il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet jew tal-miżuri ta' riżoluzzjoni indipendenti li ser tieħu fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq ir-riżorsi fiskali, fuq l-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni u fuq kwalunkwe arranġament ta' finanzjament fl-Istati Membri kkonċernati, u l-effett potenzjali tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħra fuq partijiet oħrajn tal-grupp.
|
|
Artikolu 74 5
|
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jaqblu mal-iskema ta' riżoluzzjoni ta' grupp proposta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu jilħqu deċiżjoni konġunta dwar skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp li tkopri l-entitajiet fi grupp fl-Istati Membri rispettivi tagħhom mingħajr il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li ma jaqblux.
|
|
Artikolu 74 6
|
6. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 jew 5 u l-azzjonijiet u l-miżuri ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 74 7
|
7. L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet u l-miżuri ta' riżoluzzjoni kollha msemmijin fil-paragrafi 1 sa 6 mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.
|
|
Artikolu 74 8
|
8. Meta ma tiġix implimentata skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni relatata ma' entità fi grupp, għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jilħqu strateġija ta' riżoluzzjoni koordinata għall-entitajiet affettwati kollha fi grupp.
|
|
Artikolu 74 9
|
9. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe entità fi grupp għandhom jinformaw lill-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'mod regolari u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri u l-progress kontinwu tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|