+Artikolu 76 3
|
Artikolu 76 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej:
|
(a)
|
jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
|
(i)
|
assi ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew ta' impriża prinċipali ta' pajjiż terz li tinsab fl-Istat Membru tagħhom jew regolata bil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;
|
|
(ii)
|
drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz li ddaħħlu fil-kotba minn fergħa fl-Unjoni ta' impriża ta' pajjiż terz fl-Istat Membru tagħhom jew regolati bil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-klejms fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligazzjonijiet ikunu infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom;
|
|
|
(b)
|
jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni sabiex jiġu pperfezzjonati, trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn f'impriża sussidjarja fl-Unjoni stabbilita f'dak l-Istat Membru;
|
|
(c)
|
jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 49, 50 jew 51 fir-rigward tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti fil-kuntratt ma' entità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta tali setgħat ikunu neċessarji sabiex jiġu nfurzati l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi; u
|
|
(d)
|
jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li iwaqqfu jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, ta' entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u ta' entitajiet fi grupp oħrajn, meta dan id-dritt ikun kaġun ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda fir-rigward ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, ta' impriża prinċipali ta' tali entitajiet, jew ta' entitajiet fi grupp oħrajn, kemm jekk meħuda mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji li jikkonċernaw arranġamenti ta' riżoluzzjoni f'dak il-pajjiż, sakemm ikomplu jitwettqu l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inkluż l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-provvediment ta' kollateral.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|