1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet superviżorji u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inkluż pjanijiet ta' rkupru preventiv, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
|
(a)
|
dawk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti u għal standards tas-segretezza professjonali tal-anqas meqjusin bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 66.
|
|
(b)
|
l-informazzjoni tkun neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti tal-funzjonijiet ta' riżoluzzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali li jkunu komparabbli ma' dawk skont din id-Direttiva u, soġġett għall-punt (a), ma tintuża għall-ebda fini ieħor.
|
Għall-finijiet tal-punt (a), fir-rigward ta' kif l-iskambju tal-informazzjoni jirrelata mad-data personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta' dan it-tip ta' data personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jkunu regolati bil-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.