+Artikolu 82 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
---+Artikolu 82 1
---+Artikolu 82 2
---+Artikolu 82 3
---+Artikolu 82 4
---+Artikolu 82 5
|
Artikolu 82 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 82 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u superviżorji stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2009/138/KE u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ma jkunux ġew irrispettati, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jistabbilux regoli għal penali amministrattivi jew għal miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur li huwa soġġett għad-dritt penali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi penali kkonċernati.
Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 82 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'każ ta' ksur, jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, fuq il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, u fuq persuni fiżiċi oħrajn li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
|
|
Artikolu 82 3
|
3. Is-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħrajn previsti f'din id-Direttiva għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet superviżorji, skont it-tip ta' ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta' ġbir ta' informazzjoni kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.
|
|
Artikolu 82 4
|
4. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jeżerċitaw is-setgħat amministrattivi tagħhom sabiex jimponu penali u miżuri amministrattivi oħrajn f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(b)
|
f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;
|
|
(c)
|
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil awtoritajiet oħrajn;
|
|
(d)
|
b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
|
Artikolu 82 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u mill-awtoritajiet superviżorji f'konformità ma' dan it-Titolu jkunu soġġetti għal dritt ta' appell.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|