1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u superviżorji stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2009/138/KE u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva ma jkunux ġew irrispettati, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jistabbilux regoli għal penali amministrattivi jew għal miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur li huwa soġġett għad-dritt penali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi penali kkonċernati.
Il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.