2. Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi, jew l-identità jew id-data personali ta' persuni fiżiċi tkun sproporzjonata wara valutazzjoni skont il-każ imwettqa dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja għandha tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għal dak id-differiment;
|
|
(b)
|
tippubblika d-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn fuq bażi anonima f'konformità mal-liġi nazzjonali meta tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura l-protezzjoni effettiva tad-data personali konċernata;
|
|
(c)
|
ma tippubblikax id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżuri amministrattivi oħrajn meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità superviżorja tkun tal-fehma li l-pubblikazzjoni f'konformità mal-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed sabiex tiżgura waħda minn dawn li ġejjin:
|
(i)
|
li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata;
|
|
(ii)
|
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' din id-data fir-rigward ta' miżuri meqjusin bħala ta' natura minuri.
|
|
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew tal-awtorità superviżorju għall-perjodu biss li jkun neċessarju skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.