1. Soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmijin fl-Artikolu 66, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn kollha li ġew imposti minnhom skont l-Artikolu 83 u dwar l-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.
L-EIOPA għandha żżomm u taġġorna bażi tad-data ċentrali tal-penali u ta' miżuri amministrattivi oħrajn irrapportati lilha mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, unikament sabiex tippermetti lil dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiskambjaw informazzjoni, li għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biss.
L-EIOPA għandha żżomm u taġġorna bażi tad-data ċentrali ta' penali u ta' miżuri amministrattivi oħrajn irrapportati lilha mill-awtoritajiet superviżorji, unikament sabiex tippermetti lil dawk l-awtoritajiet superviżorji jiskambjaw informazzjoni, li għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-awtoritajiet superviżorji biss.