+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
|
Artikolu 6
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali. Dan għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi informazzjoni ewlenija u għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta’ offerta u bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-PRIIP.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkun dokument awtonomu, separat b’mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. M’għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jista’ jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn inkluż prospectus fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza hija relatata mal-informazzjoni rekwiżita li għandha tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija minn dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fejn PRIIP joffri lill-investitur fil-livell tal-konsumatur varjetà ta’ għażliet għall-investimenti, b’tali mod li l-informazzjoni kollha rekwiżita fl-Artikolu 8(3) fir-rigward ta’ kull għażla ta’ investiment sottostanti ma tistax tiġi pprovduta ġewwa dokument waħdieni, konċiż u awtonomu, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jipprovdi tal-anqas deskrizzjoni ġenerika tal-għażliet ta’ investiment sottostanti u jiddikjara fejn u kif tista’ tinstab dokumentazzjoni ta’ informazzjoni prekuntrattwali aktar iddettaljata relatata mal-prodotti ta’ investiment li jappoġġaw l-għażliet ta’ investiment sottostanti.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jitfassal bħala dokument qasir li jkun miktub b’mod konċiż u li jkollu massimu ta’ tliet faċċati ta’ karta A4 meta stampat li jippromwovi l-paragunabbiltà. Huwa għandu jkun:
(a)
ippreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;
(b)
iffukat fuq l-informazzjoni ewlenija li jeħtieġu l-investituri fil-livell tal-konsumatur;
(c)
espress b’mod ċar u miktub b’lingwaġġ u stil li jikkomunikaw b’mod li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b’mod partikolari, f’lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u jista’ jinftiehem.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Jekk jintużaw kuluri fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dawn ma għandhomx inaqqsu l-komprensjonabbiltà tal-informazzjoni jekk id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Fejn il-marka korporattiva jew il-logo tal-manifattur tal-PRIIP jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dan ma għandux itellef lill-investitur fil-livell tal-konsumatur mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|