+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.

Artikolu 10

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Il-manifattur tal-PRIIP għandu janalizza l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija b’mod regolari u għandu jirrevedi d-dokument fejn l-analiżi tindika li hemm bżonn isir tibdil. Il-verżjoni riveduta għandha ssir disponibbli fil-pront.
Artikolu 10 2.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-kondizzjonijiet li taħtu għandu jiġi rivedut id-dokument bl-informazzjoni ewlenija;

(b) 

il-kondizzjonijiet li taħthom l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi riveduta;

(c) 

il-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom għandha tiġi analizzata l-informazzjoni li fih id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew għandu jiġi rivedut id-dokument bl-informazzjoni ewlenija meta PRIIP ikun disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur b’mod mhux kontinwu;

(d) 

iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu infurmati rigward dokument rivedut bl-informazzjoni ewlenija għal PRIIP mixtri minnhom, kif ukoll il-mezzi li bihom l-investituri fil-livell tal-konsumatur għandom jiġu infurmati.

L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.