|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
il-kondizzjonijiet li taħtu għandu jiġi rivedut id-dokument bl-informazzjoni ewlenija;
(b)
il-kondizzjonijiet li taħthom l-informazzjoni inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi riveduta;
(c)
il-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom għandha tiġi analizzata l-informazzjoni li fih id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew għandu jiġi rivedut id-dokument bl-informazzjoni ewlenija meta PRIIP ikun disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur b’mod mhux kontinwu;
(d)
iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu infurmati rigward dokument rivedut bl-informazzjoni ewlenija għal PRIIP mixtri minnhom, kif ukoll il-mezzi li bihom l-investituri fil-livell tal-konsumatur għandom jiġu infurmati. L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|