+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Il-persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu, għandha tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija lill-investituri fil-livell tal-konsumatur mingħajr ħlas.
Artikolu 14 2.

Il-persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu, għandha tipprovdi d-dokument bl-informazzjoni ewlenija lill-investitur fil-livell tal-konsumatur b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a) 

stampat, li għandha tkun l-għażla awtomatika fejn il-PRIIP ikun offrut fuq bażi ta’ wiċċ imb’wiċċ, dment li l-investitur fil-livell tal-konsumatur ma jitlobx mod ieħor;

(b) 

bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat, fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4; jew

(c) 

permezz ta’ sit elettroniku fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.

Artikolu 14 3.
Fejn id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jiġi pprovdut bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jew permezz ta’ sit elettroniku, għandha tingħata kopja stampata lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur fuq talba u mingħajr ħlas. L-investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu infurmati rigward id-dritt tagħhom li jitolbu kopja stampata mingħajr ħlas.
Artikolu 14 4.

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jista’ jiġi pprovdut bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-użu tal-mezz durabbli huwa xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn il-persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu u l-investitur fil-livell tal-konsumatur; u

(b) 

l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni stampata u bil-mezz durabbli, u jkun għażel dak il-mezz l-ieħor b’mod li jista’ jingħata evidenza tiegħu.

Artikolu 14 5.

Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ sit elettroniku li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ mezz durabbli jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija permezz ta’ sit elettroniku ikun xieraq fil-kuntest tan-negozju li jkun qed isir bejn il-persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħu u l-investitur fil-livell tal-konsumatur;

(b) 

l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun ingħata l-għażla bejn l-informazzjoni stampata u permezz ta’ sit elettroniku u jkun għażel dan tal-aħħar b’mod li tista’ tingħata prova tiegħu;

(c) 

l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun ġie nnotifikat b’mod elettroniku, jew f’forma bil-miktub, bl-indirizz tas-sit elettroniku, u bil-post fis-sit elettroniku minn fejn jista’ jaċċessa d-dokument bl-informazzjoni ewlenija;

(d) 

id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jibqa’ aċċessibbli fis-sit elettroniku, ikun jista’ jitniżżel u jiġi maħżun f’mezz durabbli, għal perijodu ta’ żmien li jista’ jkun meħtieg biex l-investitur fil-livell tal-konsumatur jikkonsultah.

Fejn id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun ġie rivedut skont l-Artikolu 10, il-verżjonijiet preċedenti għandhom ukoll jingħataw fuq it-talba tal-investitur fil-livell tal-konsumatur.

Artikolu 14 6.
Għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5, l-għoti tal-informazzjoni bl-użu ta’ mezz durabbli għajr dak stampat jew permezz ta’ sit elettroniku għandu jitqies xieraq fil-kuntest tan-negozju mwettaq bejn il-persuna li tagħti pariri dwar PRIIP jew li tbigħ PRIIP u l-investitur fil-livell ta’ konsumatur, jekk ikun hemm prova li l-investitur fil-livell ta’ konsumatur għandu aċċess regolari għall-internet. L-għoti ta’ indirizz elettroniku min-naħa tal-investitur fil-livell ta’ konsumatur għall-finijiet ta’ dak in-negozju għandu jitqies bħala tali prova.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.