+Artikolu 16
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
|
Artikolu 16
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA tista’, meta l-kondizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfati, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni jew prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
(b)
tip ta’ attività finanzjarja jew prassi ta’ impriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni.
Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-EIOPA.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-EIOPA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-prodott jew l-attività ta’ investiment ibbażata fuq l-assigurazzjoni rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;
(c)
awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindrizzawx it-theddida b’mod adegwat.
Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-EIOPA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni ma jkun ġie kkumerċjalizzat jew mibjugħ lill-investituri.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni:
(a)
ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; jew
(b)
ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.
Fejn awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 17, l-EIOPA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-EIOPA għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. L-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż minn meta ser jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjoni meħuda wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.
|
|
Artikolu 16 6.
|
L-EIOPA għandha tirrevedi projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perijodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi.
|
|
Artikolu 16 7.
|
L-azzjoni adottata mill-EIOPA skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 16 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi li għandu jittieħed kont tagħhom mill-EIOPA meta tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
(a)
il-livell ta’ kumplessità tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni u r-relazzjoni għat-tip ta’ investitur li għalih huwa kkummerċjalizzat u lilu mibjugħ;
(b)
id-daqs jew il-valur nozzjonali tal-prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni;
(c)
il-livell ta’ innovazzjoni tal- prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, attività jew prassi; u
(d)
il-lieva li prodott jew prassi jipprovdu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|