|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Deċiżjoni, li ma tistax tiġi appellata, li timponi sanzjoni jew miżura amministrattiva għall-ksur imsemmija fl-Artikolu 24(1) għandha tiġi ppubblikata minn awtoritajiet kompetenti fuq is-siti elettroniċi uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien mhux dovut wara li l-persuna li fuqha ġiet imposta s-sanzjoni jew miżura tkun ġiet informata b’dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni li ġejja:
(a)
it-tip u n-natura tal-ksur;
(b)
l-identità tal-persuni responsabbli. L-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva. Fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet ġuridiċi, jew l-identità jew id-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti b’segwitu għal valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa dwar il-proporzjonalità tal-publikazzjoni ta’ din id-data, jew fejn tali pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja f’dak il-mument, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a)
jipposponu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
(b)
jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew
(c)
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stipulati fil-punti(a) u (b) hawn fuq jitqiesu li huma insuffiċjenti biex jiżguraw:
(i)
li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri meqjusa bħala ta’ natura minuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|