+Artikolu 33
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.

Artikolu 33

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
►M2  Sal-31 ta' Diċembru 2019 ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, abbażi tal-informazzjoni li jirċievu l-ASE, stħarriġ ġenerali tal-operazzjoni ta’ twissija ta’ komprensjoni, b’kont meħud ta’ kwalunkwe gwida żviluppata mill-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward. Din għandha tinkludi wkoll stħarriġ dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur u l-fattibbiltà, l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli tal-introduzzjoni ta’ tikketta għal investimenti soċjali u ambjentali. Bħala parti mir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twettaq ittestjar tal-konsumatur u eżami tal-għażliet mhux leġiżlattivi kif ukoll l-eżiti tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-punti (c), (e) u (g) tal-Artikolu 27(1) tiegħu.

Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti transizzjonali skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament għandhomx jiġu estiżi, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni ewlenija għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħux jiġu sostitwiti minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tirrifletti wkoll l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħrajn, u għandha tivvaluta jekk l-eżenzjoni ta’ prodotti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhiex tinżamm, fid-dawl ta’ standards tajbin għall-protezzjoni tal-konsumaturi inkluż il-paragun bejn il-prodotti finanzjarji. L-analiżi għandha tivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ regoli komuni dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 33 2.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, ►M2  sal-31 ta' Diċembru 2019 ◄ , abbażi tal-ħidma li saret mill-EIOPA dwar id-divulgazzjoni tar-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti, jekk tipproponix att leġiżlattiv ġdid li jiggarantixxi d-divulgazzjoni adatta tar-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti għal dawk il-prodotti jew jekk jinkludix prodotti tal-pensjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2(2) fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali miżuri ma jnaqqsux l-istandards tad-divulgazzjoni fl-Istati Membri li għandhom reġimi ta’ divulgazzjoni diġà eżistenti għal tali prodotti tal-pensjoni.

Artikolu 33 3.
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward il-paragrafi 1 u 2, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 33 4.
►M2  Sal-31 ta' Diċembru 2019 ◄ , il-Kummissjoni għandha twettaq stħarriġ tas-suq biex tiddetermina jekk hemmx għodod ta’ kalkulaturi online disponibbli li jippermettu lill-investitur fil-livell ta’ konsumatur jgħodd l-ispejjeż u l-ħlasijiet aggregati tal-PRIIP u jekk humiex disponibbli mingħajr ħlas. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar jekk dawk l-għodod jipprevedux kalkoli affidabbli u preċiżi għall-prodotti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

F’każ li l-istħarriġ jikkonkludi li ma jeżistu l-ebda għodod bħal dawn jew li l-għodod eżistenti ma jippermettux lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur li jifhmu l-ammont ta’ spejjeż u ħlasijiet aggregati tal-PRIIP, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għal tali għodod ta’ livell tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.