+Artikolu 33 1.
|
Artikolu 33 1.
►M2
Sal-31 ta' Diċembru 2019 ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, abbażi tal-informazzjoni li jirċievu l-ASE, stħarriġ ġenerali tal-operazzjoni ta’ twissija ta’ komprensjoni, b’kont meħud ta’ kwalunkwe gwida żviluppata mill-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward. Din għandha tinkludi wkoll stħarriġ dwar l-applikazzjoni prattika tar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’kont meħud tal-iżviluppi fis-swieq għall-prodotti ta’ investiment fil-livell tal-konsumatur u l-fattibbiltà, l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli tal-introduzzjoni ta’ tikketta għal investimenti soċjali u ambjentali. Bħala parti mir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twettaq ittestjar tal-konsumatur u eżami tal-għażliet mhux leġiżlattivi kif ukoll l-eżiti tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-punti (c), (e) u (g) tal-Artikolu 27(1) tiegħu. Fir-rigward tal-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, l-analiżi għandha tivvaluta jekk l-arranġamenti transizzjonali skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament għandhomx jiġu estiżi, jew jekk, wara l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament meħtieġ, id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni ewlenija għall-investitur fid-Direttiva 2009/65/KE jistgħux jiġu sostitwiti minn jew meqjusa ekwivalenti għad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għall-investitur skont dan ir-Regolament. L-analiżi għandha tirrifletti wkoll l-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal prodotti finanzjarji oħrajn, u għandha tivvaluta jekk l-eżenzjoni ta’ prodotti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhiex tinżamm, fid-dawl ta’ standards tajbin għall-protezzjoni tal-konsumaturi inkluż il-paragun bejn il-prodotti finanzjarji. L-analiżi għandha tivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ regoli komuni dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għal ksur ta’ dan ir-Regolament.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1286
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|