+Artikolu 3 Obbligu ltal-pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 2a.
---+Artikolu 3 2b.
---+Artikolu 3 2c.
---+Artikolu 3 2d.
---+Artikolu 3 3.
|
Artikolu 3 Obbligu ltal-pubblikazzjoni ta' prospett u eżenzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4) u għall-paragrafi 2 u 2a ta’ dan l-Artikolu, it-titoli għandhom jiġu offruti biss lill-pubbliku fl-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, offerti ta’ titoli lill-pubbliku għandhom jiġu eżentati mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta’ prospett stabbilit fil-paragrafu 1 dment li:
(a)
tali offerti ma jkunux soġġetti għal notifika f’konformità mal-Artikolu 25;
(b)
il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun anqas minn EUR 12 000 000 għal kull emittent jew offerent ikkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar.
|
|
Artikolu 3 2a.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw offerti ta’ titoli lill-pubbliku mill-obbligu li jippubblikaw prospett stabbilit fil-paragrafu 1 sakemm il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun anqas minn EUR 5 000 000 għal kull emittent jew offerent ikkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar.
|
|
Artikolu 3 2b.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA fejn jiddeċiedu li jadottaw il-livell limitu ta’ eżenzjoni ta’ EUR 5 000 000 stabbilit fil-paragrafu 2a. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-ESMA meta sussegwentement jiddeċiedu li minflok jadottaw il-livell limitu ta’ eżenzjoni ta’ EUR 12 000 000 msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b).
|
|
Artikolu 3 2c.
|
Il-korrispettiv aggregat totali għat-titoli offruti lill-pubbliku, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b), u fil-paragrafu 2a, għandu jqis il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti kollha għaddejjin ta’ titoli lill-pubbliku u l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku magħmula fit-12-il xahar qabel id-data tal-bidu ta’ offerta ġdida ta’ titoli lill-pubbliku, ħlief għal dawk l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku li għalihom ġie ppubblikat prospett jew li kienu soġġetti għal kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett skont l-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu. Barra minn hekk, il-konsiderazzjoni aggregata totali tat-titoli offruti lill-pubbliku għandha tinkludi t-tipi u l-klassijiet kollha ta’ titoli offruti.
|
|
Artikolu 3 2d.
|
Fejn offerta ta’ titoli lill-pubbliku tkun eżentata mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett skont il-paragrafu 2, il-punt (b), jew il-paragrafu 2a, Stat Membru jista’ jitlob lill-emittent jippreżenta jew jagħmel disponibbli lill-pubbliku skont l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 21(2) dokument li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7(3) sa (10) u (12), jew dokument li jkun fih ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-livell nazzjonali, dment li l-estent u l-livell ta’ tali informazzjoni jkun ekwivalenti għall-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7(4) sa (10) u (12), jew inqas.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), it-titoli għandhom ikunu ammessi biss għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew li jopera ġewwa l-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett f'konformità ma' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|