|
+Artikolu 7 7. |
Artikolu 7 7.►M5 It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄
(a)
taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma l-karatteristiċi ewlenin tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, inkluż mill-inqas:
(i)
it-tip, il-klassi u l-ISIN tagħhom;,
(ii)
fejn applikabbli, il-valuta tagħhom, id-denominazzjoni, il-valur nominali, in-numru ta' titoli maħruġa u t-terminu tat-titoli;
(iii)
id-drittijiet marbuta mat-titoli;
(iv)
is-superjorità relattiva tat-titoli fl-istruttura tal-kapital tal-emittent fl-eventwalità ta' insolvenza, inkluż, meta jkun il-każ, l-informazzjoni dwar il-livell ta' subordinazzjoni tat-titoli u l-impatt potenzjali fuq l-investiment fil-każ ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE;
(v)
kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli;
(vi)
fejn applikabbli, il-politika tad-dividendi jew ħlas;
(b)
taħt subtaqsima intitolata “Fejn ser jiġu nnegozjati t-titoli?”, indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex jew hux ser ikunu suġġetti għal applikazzjoni għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew għall-kummerċ f’MTF u l-identità tas-swieq kollha fejn jinsabu t-titoli jew fejn għandhom jiġu nnegozjati;
(c)
meta hemm garanzija marbuta mat-titoli, taħt subtaqsima intitolata “Hemm garanzija marbuta mat-titoli?”, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
deskrizzjoni qasira tan-natura u l-ambitu tal-garanzija;,
(ii)
deskrizzjoni qasira tal-garanti, inkluż il-LEI tiegħu;
(iii)
l-informazzjoni finanzjarja ewlenija rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-abbiltà tal-garanti li jissodisfa l-impenji tiegħu taħt il-garanzija; u
(iv)
deskrizzjoni qasira tal-fatturi ta’ riskju materjali l-aktar marbuta mal-garanti li tinsab fil-prospett f'konformità mal-Artikolu 16(3), filwaqt li ma jaqbiżx l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10;
(d)
taħt subtaqsima intotlata “X’inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għat-titoli?”, deskrizzjoni qasira tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għat-titoli li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux l-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10. Meta dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tagħmel it-talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jistgħu jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu mal-informazzjoni li tinsab fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Fejn japplika r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, kull Stat Membru li jaġixxi bħala Stat Membru ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jista' jeħtieġ lill-emittenti, l-offerenti u lill-persuni li jitolbu għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat biex jissostitwixxu l-kontenut stabbilit f’dan paragrafu bl-informazzjoni stabbilita fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fil-prospetti approvati mill-awtorità kompetenti tiegħu. Meta jkun hemm sostituzzjoni tal-kontenut skont it-tieni subparagrafu, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Il-kontenut tad-dokument ta' informazzjoni ewlenija għandu jiġi inkluż bħala taqsima distinta tas-sommarju. It-tqassim tal-paġna ta' dik it-taqsima għandu jidentifikaha b’mod ċar li hija d-dokument ta' informazzjoni ewlenija kif stabbilit fil-punti (c) sa (i) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. Meta, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(9), sommarju wieħed ikopri diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b'żewġ faċċati addizzjonali ta' karti ta' daqs A4. Madankollu, fil-każ li dokument ta’ informazzjoni ewlenija jkun meħtieġ li jiġi ppreparat għal dawk it-titoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob għal ammissjoni tipproċedi bis-sostituzzjoni tal-kontenut imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tul massimu għandu jiġi estiż bi tliet faċċati addizzjonali ta’ karti ta' daqs A4 għal kull titolu addizzjonali. Meta s-sommarju jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), it-tul massimu stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jiġi estiż b’faċċata addizzjonali waħda ta’ karta ta’ daqs A4 għal kull garanti, dment li l-faċċati addizzjonali ta’ karta ta’ daqs A4 ikunu ddedikati għad-deskrizzjoni tal-garanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|