+Artikolu 7 12a.

Artikolu 7 12a.

B’deroga mill-paragrafi 3 sa 12 ta’ dan l-Artikolu, Prospett ta’ Segwitu tal-UE mfassal f’konformità mal-Artikolu 14a, jew Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir mfassal f’konformità mal-Artikolu 15a, għandu jkun fih sommarju mfassal f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż u ta’ tul massimu ta’ seba’ faċċati ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat.

Is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħrajn tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni b’referenza u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandu jiġi ppreżentat u jkun strutturat b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jkun jista’ jinqara;

(b) 

għandu jinkiteb b’lingwa li tkun ċara, mhux teknika, konċiża u li tinftiehem mill-investituri u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni;

(c) 

għandu jkun magħmul mit-taqsimiet li ġejjin fl-ordni li ġej:

(i) 

introduzzjoni, li jkun fiha l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-twissijiet u d-data ta’ approvazzjoni tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir;

(ii) 

informazzjoni importanti dwar l-emittent;

(iii) 

informazzjoni importanti dwar it-titoli, inkluż id-drittijiet marbutin ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitu fuq dawk id-drittijiet;

(iv) 

informazzjoni importanti dwar l-offerta ta’ titoli lill-pubbliku u/jew l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, jew it-tnejn;

(v) 

meta jkun hemm garanzija mehmuża mat-titoli, informazzjoni importanti dwar il-garanti u dwar in-natura u l-ambitu tal-garanzija.

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, il-punti (a) u (b), is-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir jistgħu jippreżentaw jew jiġbru fil-qosor informazzjoni fil-forma ta’ ċarts, ta’ graffs jew ta’ tabelli.

Meta s-sommarju ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jew ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, ikun fih l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-punt (c)(v), it-tul massimu msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi estiż b’faċċata addizzjonali waħda ta’ karta ta’ daqs A4 għal kull garanti, dment li l-faċċati addizzjonali ta’ karta ta’ daqs A4 ikunu ddedikati għad-deskrizzjoni tal-garanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.