|
+Artikolu 14a 1. |
Artikolu 14a 1.Il-persuni li ġejjin jistgħu jfasslu Prospett ta’ Segwitu tal-UE fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ta’ ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli f’suq regolat:
(a)
emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat tat-titoli l-ġodda;
(b)
emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta lill-pubbliku tat-titoli l-ġodda;
(c)
emittenti li jfittxu ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ titoli funġibbli ma’ titoli li ġew ammessi għan-negozjar f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-ammissjoni għan-negozjar tat-titoli;
(d)
offerenti ta’ titoli ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta ta’ titoli lill-pubbliku. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, emittent li għandu biss titoli mingħajr ekwità ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi ma għandux jitħalla jfassal Prospett ta’ Segwitu tal-UE għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli ta’ ekwità f’suq regolat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|