+Artikolu 14a
---+Artikolu 14a 1.
---+Artikolu 14a 2.
---+Artikolu 14a 3.
---+Artikolu 14a 4.
---+Artikolu 14a 5.
---+Artikolu 14a 6.
---+Artikolu 14a 7.
---+Artikolu 14a 8.
|
Artikolu 14a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14a 1.
|
Il-persuni li ġejjin jistgħu jfasslu Prospett ta’ Segwitu tal-UE fil-każ ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ta’ ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli f’suq regolat:
(a)
emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat tat-titoli l-ġodda;
(b)
emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta lill-pubbliku tat-titoli l-ġodda;
(c)
emittenti li jfittxu ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ titoli funġibbli ma’ titoli li ġew ammessi għan-negozjar f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-ammissjoni għan-negozjar tat-titoli;
(d)
offerenti ta’ titoli ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta ta’ titoli lill-pubbliku.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, emittent li għandu biss titoli mingħajr ekwità ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi ma għandux jitħalla jfassal Prospett ta’ Segwitu tal-UE għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli ta’ ekwità f’suq regolat.
|
|
Artikolu 14a 2.
|
B’deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandu jkun fih l-informazzjoni kollha li l-investituri jeħtieġu sabiex jifhmu dawn kollha li ġejjin:
(a)
il-prospetti u l-prestazzjoni finanzjarja tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent li jkunu seħħew mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm;
(b)
l-informazzjoni essenzjali dwar it-titoli, inkluż id-drittijiet marbutin ma’ dawk l-ishma u kwalunkwe limitu fuq dawk id-drittijiet;
(c)
ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent, inkluż fuq l-istruttura tal-kapital globali tal-emittent, u l-użu tar-rikavati.
|
|
Artikolu 14a 3.
|
L-informazzjoni li tinsab fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandha tkun miktuba u ppreżentata f’forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jieħdu deċiżjoni informata filwaqt li jikkunsidraw l-informazzjoni regolata li diġà ġiet żvelata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (
13
).
|
|
Artikolu 14a 4.
|
Il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandu jkun fih l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness IV jew V, skont it-tipi ta’ titoli. Prospett ta’ Segwitu tal-UE li jkun fih l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness IV għandu jitfassal bħala dokument uniku. Prospett ta’ Segwitu tal-UE li jkun fih l-informazzjoni minima stipulata fl-Anness V jista’ jitfassal jew bħala dokument uniku jew bħala dokumenti separati.
|
|
Artikolu 14a 5.
|
Prospett ta’ Segwitu tal-UE li jirrigwarda ishma għandu jkun ta’ tul massimu ta’ 50 faċċata ta’ karta ta’ daqs A4 meta jiġi stampat u għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw.
|
|
Artikolu 14a 6.
|
Is-sommarju, l-informazzjoni inkorporata b’referenza f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-emittent ikollu storja finanzjarja kumplessa jew ikun ħa impenn finanzjarju sinifikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/980, jew l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti, kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament Delegat, ma għandhomx jitqiesu għat-tul massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14a 7.
|
Il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandu jkun dokument f’format standardizzat u l-informazzjoni żvelata fi Prospett ta’ Segwitu tal-UE għandha tiġi ppreżentata f’sekwenza standardizzata bbażata fuq l-ordni tal-iżvelar stipulat fl-Anness IV jew V, skont it-tipi ta’ titoli.
|
|
Artikolu 14a 8.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-5 ta’ Marzu 2026, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kontenut imnaqqas u l-format u s-sekwenza standardizzati għall-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-Annessi IV u V.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|