+Artikolu 16 1.

Artikolu 16 1.

Il-fatturi ta’ riskju li jidhru fi prospett għandhom ikunu limitati għal riskji li huma speċifiċi għall-emittent u għat-titoli u li jkunu materjali sabiex tittieħed deċiżjoni informata dwar l-investiment, kif ikkorroborat mill-kontenut tal-prospett.

Prospett ma għandux ikun fih fatturi ta’ riskju li huma ġeneriċi, li jservu biss bħala dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà, jew li ma jagħtux stampa ċara biżżejjed tal-fatturi ta’ riskju speċifiċi li l-investituri għandhom ikunu konxji tagħhom.

Meta jitfassal il-prospett, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandhom jivvalutaw il-materjalità tal-fatturi ta’ riskju abbażi tal-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom u tal-kobor mistenni tal-impatt negattiv tagħhom.

L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandha tiddeskrivi b’mod adegwat kull fattur ta’ riskju, u tispjega kif dak il-fattur ta’ riskju jaffettwa lill-emittent, jew jaffettwa t-titoli li qegħdin jiġu offruti jew li għandhom jiġu ammessi għan-negozjar. L-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jiżvelaw ukoll il-valutazzjoni tal-materjalità tal-fatturi ta’ riskju msemmija fit-tielet subparagrafu billi jużaw skala kwalitattiva ta’ livell baxx, medju jew għoli, skont l-għażla tagħhom.

Il-fatturi ta’ riskju għandhom jiġu ppreżentati f’għadd limitat ta’ kategoriji skont in-natura tagħhom. F’kull kategorija, il-fatturi ta’ riskju l-aktar materjali għandhom jiġu elenkati b’mod li jkun konsistenti mal-valutazzjoni prevista fit-tielet subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.