|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tista’ tawtorizza l-ommissjoni mill-prospett, jew minn partijiet kostitwenti minnu, ta’ ċerta informazzjoni li ser tiġi inkluża fih, fejn hi tqis li xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta:
(a)
l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni jkun kuntrarju għall-interess pubbliku;
(b)
l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jkun ta’ detriment serju għall-emittent jew lill-garanti, jekk ikun hemm, sakemm l-ommissjoni ta’ tali informazzjoni aktarx ma tiżgwidax lill-pubbliku rigward il-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali għall-valutazzjoni infurmata tal-emittent, l-offerent jew il-garanti, jekk ikun hemm, u tad-drittijiet marbuta mat-titoli kkonċernati ma’ dan il-prospett;
(c)
din l-informazzjoni tkun ta’ importanza minuri fir-rigward ta’ offerta speċifika jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat u ma taffettwax il-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent jew il-garanti, jekk ikun hemm. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat rapport lill-ESMA fuq bażi annwali dwar l-informazzjoni li l-ommissjoni tagħha tkun ġiet awtorizzata minnha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|