|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi prospett skont dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati abbażi tiegħu, tista’ tiġi inkorporata b’referenza f’dak il-prospett meta tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, tkun imfassla b’lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 27 u meta tkun tinsab f’wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
(a)
id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti, jew iddepożitati għandha, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż dokument tar-reġistrazzjoni universali jew kwalunkwe taqsima tiegħu;
(b)
id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (da), (db) u (f) sa (i), u fl-Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (ba) u (e) sa (h);
(c)
l-informazzjoni regolata;
(d)
l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim;
(e)
ir-rapporti tal-awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji;
(f)
rapporti ta’ ġestjoni kif imsemmijin fil-Kapitoli 5 u 6 tad-Direttiva 2013/34/UE inkluż, meta applikabbli, ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
(g)
id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;
(h)
rapporti dwar id-determinazzjoni tal-valur ta’ assi jew ta’ kumpannija;
(i)
rapporti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );
(j)
rapporti annwali jew kwalunkwe żvelar ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );
(k)
memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni. Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent. Fejn ċerti partijiet biss ta’ dokument ikunu inkorporati b’referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew huma koperti xi mkien ieħor fil-prospett. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|