+Artikolu 19 Inkorporazzjoni b’referenza
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 1a.
---+Artikolu 19 1b.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.

Artikolu 19 Inkorporazzjoni b’referenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi prospett skont dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati abbażi tiegħu, tista’ tiġi inkorporata b’referenza f’dak il-prospett meta tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, tkun imfassla b’lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 27 u meta tkun tinsab f’wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a) 

id-dokumenti li jkunu ġew approvati minn awtorità kompetenti, jew iddepożitati għandha, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż dokument tar-reġistrazzjoni universali jew kwalunkwe taqsima tiegħu;

(b) 

id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (da), (db) u (f) sa (i), u fl-Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, il-punti (ba) u (e) sa (h);

▼B

(c) 

l-informazzjoni regolata;

(d) 

l-informazzjoni finanzjarja annwali u interim;

(e) 

ir-rapporti tal-awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

▼M5

(f) 

rapporti ta’ ġestjoni kif imsemmijin fil-Kapitoli 5 u 6 tad-Direttiva 2013/34/UE inkluż, meta applikabbli, ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

▼B

(g) 

id-dikjarazzjonijiet tal-governanza korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(h) 

rapporti dwar id-determinazzjoni tal-valur ta’ assi jew ta’ kumpannija;

(i) 

rapporti tar-remunerazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );

(j) 

rapporti annwali jew kwalunkwe żvelar ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );

(k) 

memorandum u artikli ta’ assoċjazzjoni.

Tali informazzjoni għandha tkun dik l-iktar reċenti disponibbli għall-emittent.

Fejn ċerti partijiet biss ta’ dokument ikunu inkorporati b’referenza, għandha tiddaħħal dikjarazzjoni fil-prospett li l-partijiet mhux inkorporati jew mhumiex rilevanti għall-investitur jew huma koperti xi mkien ieħor fil-prospett.

Artikolu 19 1a.
L-informazzjoni li ma għandhiex tiġi inkluża fi prospett xorta tista’ tiġi inkorporata b’referenza f’dak il-prospett fuq bażi volontarja, meta tkun ġiet ippubblikata elettronikament qabel jew simultanjament, titfassal b’lingwa li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 27 u meta tkun tinsab f’wieħed mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 19 1b.
Emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ma għandhiex tkun meħtieġa tippubblika suppliment skont l-Artikolu 23(1) għal informazzjoni finanzjarja annwali jew interim ġdida ppubblikata meta prospett bażi ikun għadu validu skont l-Artikolu 12(1). Meta dik l-informazzjoni finanzjarja annwali jew interim ġdida tiġi ppubblikata elettronikament, tista’ tiġi inkorporata b’referenza fil-prospett bażi f’konformità mal-paragrafu (1), il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, emittent, offerent jew persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandha tkun intitolata tippubblika volontarjament suppliment għal tali informazzjoni.
Artikolu 19 2.
Meta tiġi inkorporata l-informazzjoni b’referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni. B’mod partikolari, għandha tiġi pprovduta lista ta’ kontroreferenza fil-prospett sabiex tgħin lill-investituri jidentifikaw faċilment punti speċifiċi ta’ informazzjoni, u l-prospett għandu jkun fih hyperlinks għad-dokumenti kollha li jinkludu informazzjoni li hija inkorporata b’referenza.
Artikolu 19 3.
Fejn possibbli flimkien mal-ewwel abbozz tal-prospett ippreżentat lill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ matul il-proċess tar-reviżjoni tal-prospett, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandhom jissottomettu, f'format li bih tista’ titfittex elettronikament, kwalunkwe informazzjoni li tkun inkorporata b’referenza fil-prospett, sakemm informazzjoni bħal din ma tkunx diġà ġiet approvata jew iddepożitata mal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett.
Artikolu 19 4.

L-ESMA tista', jew meta l-Kummissjoni titlob dan, għandha, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex taġġorna l-lista ta’ dokument stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bl-inklużjoni ta’ tipi addizzjonali ta’ dokumenti meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li jridu jiġu ddepożitati mal-awtorità pubblika jew approvati minnha.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.