Il-prospett kollu għandu jiġi ppubblikat f’taqsima dedikata tas-sit web li tkun faċilment aċċessibbli meta wieħed jidħol fis-sit web. Dan għandu jkun jista’ jitniżżel, jiġi stampat u f’format li jitfittex elettronikament u ma jistax jiġi modifikat.
Id-dokumenti li fihom informazzjoni inkorporata b’referenza fil-prospett, is-supplimenti u/jew il-kondizzjonijiet finali marbuta mal-prospett u kopja separata tas-sommarju għandhom ikunu aċċessibbli taħt l-istess taqsima flimkien mal-prospett, inkluż permezz ta' hyperlinks fejn meħtieġ.
Il-kopja separata tas-sommarju għandha tindika b’mod ċar ma’ liema prospett hija relatata.