L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-prospetti kollha approvati jew għall-inqas il-lista tal-prospetti approvati, inkluża hyperlink għat-taqsimiet dedikati tas-sit web msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll bħala identifikazzjoni tal-Istat(i) Membru/i ospitanti fejn il-prospetti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 25. Il-lista ppubblikata, inklużi l-hyperlinks, għandha tinżamm aġġornata u kull parti għandha tibqa’ fuq is-sit web mill-inqas għall-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.
Fl-istess żmien li tinnotifika lill-ESMA bl-approvazzjoni ta’ prospett jew kwalunkwe suppliment għal dan, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ESMA b’kopja elettronika tal-prospett u bi kwalunkwe suppliment mehmuż miegħu, kif ukoll id-data meħtieġa għall-klassifikazzjoni tagħha mill-ESMA fil-mekkaniżmu ta’ ħażna msemmi fil-paragrafu 6 u għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 47.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-informazzjoni dwar in-notifiki kollha sottomessi skont l-Artikolu 25.