Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-prospett, kwalunkwe suppliment għal dan prospett u t-traduzzjoni tal-prospett u/jew is-sommarju.
Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.