|
+Artikolu 26 2. |
Artikolu 26 2.Awtorità kompetenti li tkun approvat dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha, fuq it-talba tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta’ tali dokument, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett b’ċertifikat ta’ approvazzjoni li jattesta li d-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dan, tfassal f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’kopja elettronika ta' dak id-dokument. Din in-notifika għandha ssir fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara li tasal it-talba jew, meta t-talba tiġi sottomessa flimkien mal-abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni jew abbozz ta’ dokument tar-reġistrazzjoni universali, fi żmien jum wieħed ta’ xogħol wara l-approvazzjoni ta’ dak id-dokument. Fejn applikabbli, in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn traduzzjoni tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, prodott taħt ir-responsabbiltà tal-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta' tali dokumenti. L-emittent, l-offerent, il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tad-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tiġi nnotifikata biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett. Kwalunkwe applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) u (2) għandha tiġi ddikjarata fiċ-ċertifikat, kif ukoll il-ġustifikazzjoni tagħha. L-awtorità kompetenti li tkun approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni, jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, għandha tinnotifika lill-ESMA biċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ dawk id-dokumenti fl-istess ħin li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għall-approvazzjoni tal-prospett. L-ebda tariffa ma għandha tiġi imposta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-notifika jew il-wasla tan-notifika, tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, jew tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali u kwalunkwe emenda għal dawn, jew kwalunkwe attività superviżorja relatata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|