|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Emittent ta’ pajjiż terz jista’ joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli f’suq regolat stabbilit fl-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett imfassal u approvat f’konformità mal-liġijiet nazzjonali ta’ pajjiż terz (minn hawn ’il quddiem “prospett ta’ pajjiż terz”), u li huwa soġġett għalihom, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4;
(b)
l-emittent ta’ pajjiż terz ikun iddepożita l-prospett għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu;
(c)
l-emittent ta’ pajjiż terz ikun ipprovda konferma bil-miktub li l-prospett kien approvat minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz u jkun ipprovda d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
(d)
il-prospett jissodisfa r-rekwiżiti lingwistiċi stabbiliti fl-Artikolu 27;
(e)
ir-reklami rilevanti kollha mxerdin fl-Unjoni mill-emittent tal-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(2) sa (5);
(f)
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew, fejn rilevanti, l-ESMA, tkun ikkonkludiet arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 30. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|