+Artikolu 29 Ekwivalenza
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29 Ekwivalenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Emittent ta’ pajjiż terz jista’ joffri titoli lill-pubbliku fl-Unjoni jew ifittex ammissjoni għan-negozjar ta’ titoli f’suq regolat stabbilit fl-Unjoni wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett imfassal u approvat f’konformità mal-liġijiet nazzjonali ta’ pajjiż terz (minn hawn ’il quddiem “prospett ta’ pajjiż terz”), u li huwa soġġett għalihom, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4;
(b)
l-emittent ta’ pajjiż terz ikun iddepożita l-prospett għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu;
(c)
l-emittent ta’ pajjiż terz ikun ipprovda konferma bil-miktub li l-prospett kien approvat minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz u jkun ipprovda d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
(d)
il-prospett jissodisfa r-rekwiżiti lingwistiċi stabbiliti fl-Artikolu 27;
(e)
ir-reklami rilevanti kollha mxerdin fl-Unjoni mill-emittent tal-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(2) sa (5);
(f)
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew, fejn rilevanti, l-ESMA, tkun ikkonkludiet arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-emittent ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 30.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Meta, f’konformità mal-paragrafu 1, emittent ta’ pajjiż terz joffri titoli lill-pubbliku jew ifittex ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24, 25 u 27.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kriterji kollha stabbiliti fil-paragrafu 1, l-emittent ta’ pajjiż terz għandu jkollu d-drittijiet u jkun soġġett għall-obbligi kollha f’konformità ma’ dan ir-Regolament taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2), li jiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li prospett ta’ pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmijin f’dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-pajjiż terz jiżguraw li l-prospett ta’ pajjiż terz ikun fih l-informazzjoni materjali neċessarja sabiex tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment b’mod ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
meta l-investituri individwali jitħallew jinvestu f’titoli li għalihom ikun tfassal prospett ta’ pajjiż terz, dak il-prospett ikun fih sommarju li jipprovdi l-informazzjoni importanti li l-investituri individwali jkunu jeħtieġu sabiex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, tat-titoli u, meta applikabbli, tal-garanti, u li għandha tinqara flimkien mal-partijiet l-oħrajn ta’ dak il-prospett;
(c)
il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għall-persuni responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett, inkluż tal-anqas għall-emittent jew għall-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, għall-offerent, għall-persuna li tfittex l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat u, meta applikabbli, għall-garanti;
(d)
ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-pajjiż terz jispeċifikaw il-validità tal-prospett ta’ pajjiż terz u l-obbligu li jissupplimenta l-prospett ta’ pajjiż terz meta fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew nuqqas ta’ akkuratezza materjali tal-informazzjoni inkluża f’dak il-prospett ikun jista’ jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-investituri sabiex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ rtirar tagħhom f’każ bħal dan;
(e)
il-qafas superviżorju tal-pajjiż terz għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni ta’ prospetti ta’ pajjiżi terzi u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ prospetti ta’ pajjiżi terzi għandhom effett ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 20 u 21.
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-applikazzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni soġġetta għall-konformità effettiva u kontinwa minn pajjiż terz ma’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dak l-att ta’ implimentazzjoni.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|