|
+Artikolu 29 4. |
Artikolu 29 4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(2), li jiddetermina li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jiżgura li prospett ta’ pajjiż terz jikkonforma mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmijin f’dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-pajjiż terz jiżguraw li l-prospett ta’ pajjiż terz ikun fih l-informazzjoni materjali neċessarja sabiex tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment b’mod ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
meta l-investituri individwali jitħallew jinvestu f’titoli li għalihom ikun tfassal prospett ta’ pajjiż terz, dak il-prospett ikun fih sommarju li jipprovdi l-informazzjoni importanti li l-investituri individwali jkunu jeħtieġu sabiex jifhmu n-natura u r-riskji tal-emittent, tat-titoli u, meta applikabbli, tal-garanti, u li għandha tinqara flimkien mal-partijiet l-oħrajn ta’ dak il-prospett;
(c)
il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għall-persuni responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett, inkluż tal-anqas għall-emittent jew għall-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu, għall-offerent, għall-persuna li tfittex l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat u, meta applikabbli, għall-garanti;
(d)
ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-pajjiż terz jispeċifikaw il-validità tal-prospett ta’ pajjiż terz u l-obbligu li jissupplimenta l-prospett ta’ pajjiż terz meta fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew nuqqas ta’ akkuratezza materjali tal-informazzjoni inkluża f’dak il-prospett ikun jista’ jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-investituri sabiex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ rtirar tagħhom f’każ bħal dan;
(e)
il-qafas superviżorju tal-pajjiż terz għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni ta’ prospetti ta’ pajjiżi terzi u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ prospetti ta’ pajjiżi terzi għandhom effett ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 20 u 21. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-applikazzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni soġġetta għall-konformità effettiva u kontinwa minn pajjiż terz ma’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dak l-att ta’ implimentazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|