+Artikolu 30 1.

Artikolu 30 1.

Għall-fini tal-Artikolu 29 u, fejn ikun meħtieġ, għall-fini tal-Artikolu 28, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-EMSA, fuq it-talba ta’ mill-inqas awtorità kompetenti waħda, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx jiġu konklużi ma’ pajjiż terz li, f’konformità ma’ att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), jinsab fil-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta’ theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew li jkun elenkat fl-Anness I tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Qabel ma tikkonkludi arranġament ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra b’dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.