+Artikolu 30 Kooperazzjoni ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30 Kooperazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Għall-fini tal-Artikolu 29 u, fejn ikun meħtieġ, għall-fini tal-Artikolu 28, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-EMSA, fuq it-talba ta’ mill-inqas awtorità kompetenti waħda, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar tal-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament fil-pajjiżi terzi. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx jiġu konklużi ma’ pajjiż terz li, f’konformità ma’ att delegat fis-seħħ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), jinsab fil-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta’ theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew li jkun elenkat fl-Anness I tal-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Qabel ma tikkonkludi arranġament ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra b’dan.

Artikolu 30 2.
Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u, fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-Artikolu 28, l-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi. L-ESMA għandha wkoll, fejn ikun meħtieġ, tiffaċilita u tikkoordina l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għall-adozzjoni ta’ miżuri skont l-Artikoli 38 u 39.
Artikolu 30 3.
L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiġu konklużi biss meta l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 35. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intenzjonat għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 30 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-dokument mudell li għandu jintuża għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni bħal dawn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.