+Artikolu 38 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.

Artikolu 38 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigatorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u li jieħdu miżuri amministrattivi oħra xierqa li għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom japplikaw mill-inqas għal:

▼M5

(a) 

ksur tal-Artikoli 3, 5 u 6, tal-Artikolu 7(1) sa (11) u (12a), tal-Artikoli 8, 9 u 10, tal-Artikolu 11(1) u (3), tal-Artikolu 14a(1), tal-Artikolu 15a(1), tal-Artikolu 16(1), (2) u (3), tal-Artikoli 17 u 18, tal-Artikolu 19(1), 2 u (3), tal-Artikolu 20(1), tal-Artikolu 21(1) sa (4) u (7) sa (11), tal-Artikolu 22(2) sa (5), tal-Artikolu 23(1), (2), (3), (4a) u (5), u tal-Artikolu 27;

▼B

(b) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 32.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ikun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sal-21 ta’ Lulju 2018. Fejn jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sal-21 ta’ Lulju 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawn.

Artikolu 38 2.

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità legali responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 42;

(b) 

ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew entità ġuridika responsabbli li twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(c) 

sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati;

(d) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017, jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

Fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija;

(e) 

fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017.

Artikolu 38 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi minn dawk previsti f’dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.